site header

Iċ-Ċentru tas-Saħħa u s-Sigurtà Pembroke

Laqgħa tal-Għalliema tas-Saħħa u s-Sigurtà

Għoti tal-Premju HASSCOM & HASEBA 2012/2013

31 ta’ Ottubru, 2013.


presentation of certificate

Is-Sur Kenneth Scicluna, is-Service Manager fid-Dipartiment għar-Riżorsi tal-Iskejjel, jippreżenta l-premju HASEBA lis-Sur Charles Daniel Saliba u lis-Sur Andrew Dimech.
(Mix-xellug għal-lemin: Is-Sur Andrew Dimech, is-Sur Charles Daniel Saliba, is-Sur Kenneth Scicluna, is-Sur Anthony Casaru)


Id-Dipartiment ts-Saħħa u s-Sigurtà fi ħdan id-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi, jagħti l-premju Health and Safety Education Best Practice Award (HASEBA) lil skola waħda kull sena għall-isforzi eċċellenti tagħha fil-promozzjoni tal-edukazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà. Din is-sena, il-premju ngħata lill-iskola Sir Michelangelo Refalo Sixth Form għall-attivitajiet li organizzat. L-Għalliema tas-Saħħa u s-Sigurtà f’Sir M.A. Refalo Sixth Form, is-Sur Andrew Dimech u s-Sur Charles Daniel Saliba, ġabu f’din l-iskola kelliema differenti speċjalizzati f’oqsma differenti, li tkellmu fuq suġġetti bħal: Internet scams, frodi, ir-responsabbilitajiet involuti fis-self u fil-kards li jintużaw il-bank, is-sigurtà fit-triq, il-problemi tad-droga u x-xorb, l-internet, u t-theddid fuq is-social media.




Tavira, il-Portugall

INTERNATIONAL ASSOCIATION OF PAREMIOLOGY (AIP-IAP)

5TH INTERDISCIPLINARY COLLOQUIUM ON PROVERBS (ICP11)

6-13 ta’ Novembru, 2011.


presentation of certificate

Charles Daniel Saliba jirċievi ċertifikat għall-parteċipazzjoni tiegħu fil-colloquium.


certificate



photo with Professor Schipper

Il-Professur Mineke Schipper tippreżenta l-ktieb tal-proverbji tagħha 'Never Marry a Woman with Big Feet' lil Saliba.

Għal aktar informazzjoni agħfas hawn.




Kumpless Sportiv, Rabat, Għawdex

Is-Seminar tat-Tenchi Ryu Karate Jutsu Klabb

21 u 22 ta’ Novembru, 2008.
F’dan is-Seminar, it-Tenchi Ryu Karate Jutsu Klabb kellhom l-unur li jilqgħu lill-Grandmaster Paul Bowman 8th Dan Degree Black Belt u uffiċjali għolja oħra tad-Dillman Karate International, fosthom Master Graham Dyball 5th Dan, Master Chris Byrne 5th Dan, Master Steve Shipp 5th Dan u Master Edward Clare 5th Dan. F’din l-okkażjoni, Grandmaster Bowman u Master Clare tellgħu lil Charles Daniel Saliba għal grad ta’ 1st Dan Black Belt.

certificate


presentation of certificate

Charles Daniel Saliba qiegħed jiġi ppreżentat iċ-ċertifikat tal-gradwazzjoni minn Master Edward Clare 5th Dan.


photo with Grandmaster Bowman

Grandmaster Bowman jifraħ lil Charles Daniel Saliba wara li ggradwa.


Il-Berġa ta’ Kastilja, Valletta

Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

29 ta’ Novembru, 2007.
Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb kien organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi.

Ktieb: Realtà, Wise Owl, (2006).
It-tieni premju Proża għall-Adoloxxenti
certificate


Prime Minister presentation
Il-Prim Ministru Malti, Dr. Lawrence Gonzi, jippreżenta lil Charles Daniel Saliba biċ-ċertifikat tal-premju li rebaħ.


group photo with Prime Minister during award Mix-xellug għal-lemin: Mark Anthony Vella (Wise Owl Manager), Dr. Louis Galea (Ministru tal-Edukazzjoni), Dr. Lawrence Gonzi (Prim Ministru), Charles Daniel Saliba (l-Awtur), Dr. Ġorġ Mallia (Il-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb).


L-Aktar Pubblikazzjoni Riċenti
Recent Publication
facebook link
site footer