site header

Primarja

Sekondarja

Stejjer

Varji

Sabiex tieħu skont ta' 17% uża l-kodiċi cds waqt iċ- ċekawt. Offerta valida fuq kotba li jidhru fuq din il-paġna biss. Mhux applikabbli ma' offerti oħra.

Aċċess

Aċċess front cover

Aċċess hu mfassal apposta biex jgħin u jiggwida lill-istudenti biex iħejju ruħhom għall-ewwel karta tal-eżami tal-Malti fil-livell Ordinarju. Huwa ktieb bin-noti u b’eżerċizzji varji tal-grammatika, li jkopri s-sillabu tal-klassijiet kollha tas-Sekondarja u tal-Liċej u s-sillabu taċ-ĊES. Fih jinkludi:

  • noti tal-grammatika;
  • eżerċizzji varji ta’ livelli differenti;
  • sistema t’awtoassessjar biex tara fhimtx;
  • sezzjoni fuq l-oral u gwida kif għandek twieġeb;
  • sezzjoni fuq l-iżbalji l-iktar komuni tal-istudenti;
  • punti kif tagħmel reviżjoni aħjar.


ixtri Itla’ Fuq





Qawsallinu

Qawsallinu front cover

Qawsallinu hu ktieb imfassal apposta biex jgħin u jiggwida lill-istudenti biex iħejju ruħhom għat-tieni karta tal-eżami tal-Malti fil-livell Ordinarju, skont is-sillabu li jibda mill-2007 ’il quddiem. Huwa ktieb bin-noti u b’eżerċizzji varji fuq is-siltiet tal-letteratura mniżżla fis-sillabu. Il-ktieb jinkludi:

  • Mudelli ta’ komponimenti letterarji fuq kull taqsima;
  • Lista u spjegazzjoni tat-termini letterarji;
  • Noti dwar il-biċċiet letterarji kollha;
  • Eżerċizzji varji ta’ livelli differenti fuq kull biċċa letterarja;
  • Punti kif tistudja aħjar;
  • Punti kif tagħmel komponimenti letterarji;
  • Mudelli ta’ komponimenti letterarji fuq kull taqsima;
  • Lista u spjegazzjoni tat-termini letterarji.


ixtri Itla’ Fuq





Malti aħjar bi sforzi żgħar!

Malti aħjar bi sforzi zgħar front cover

Malti aħjar bi sforzi żgħar hu mfassal apposta biex jgħin lil kull min jixtieq itejjeb il-livell tal-kitba bil-Malti. Huwa ktieb mimli bi spjegazzjonijiet ċari, li jindirizzaw il-problemi fil-kitba. Il-ktieb jinkludi:

  • Ħarsa lejn l-elementi li jsawru l-ilsien Malti;
  • Suġġerimenti fuq kliem li dieħel mill-Ingliż;
  • Pariri siewja kif tevita l-iżbalji fil-kitba;
  • Mudelli għall-kelmiet li fihom għ jew h;
  • Kummenti u suġġerimenti fuq l-iżbalji l-aktar komuni;
  • Tifsir fil-qosor ta’ xi termini grammatikali;
  • Spjegazzjoni aġġornata dwar xi regoli tal-kitba.


ixtri Itla’ Fuq





Realtà

Realtà front cover

Realtà fih għaxar novelli bi problemi komuni u reali li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħ. In-novelli jitrattaw problemi bħal: l-alkoħol, id-droga, l-isterojds, il-fissazzjoni żejda fuq il-ħxuna, tqala barra ż-żwieġ, l-użura, id-dejn, il-mard trasmess mis-sess, problemi familjari, problemi ta’ bullying u problemi ta’ qtigħ il-qalb. Dan il-ktieb hu rebbieħ fil-kategorija ‘Proża għall-Adoloxxenti’, fil-Premju Nazzjonali tal-ktieb 2007.






ixtri Itla’ Fuq





Rocco Jitgħallem il-Karatè

Rocco jitghallem il-karatè front cover

Rocco Jitgħallem il-Karatè hi storja fuq tifel li jismu Rocco, li b’konċidenza qara ktieb fuq il-karatè u tħajjar jibda jittrejnja. Meta beda jittrejnja din l-arti, beda jeħodha bis-serjetà u b’hekk l-imgħallem tiegħu daħħlu f’kompetizzjoni. Minn hawn naraw minn xiex għadda Rocco biex ipprepara għall-kompetizzjoni ma’ tliet avversarji li kienu jittrejnjaw arti marzjali differenti minn tiegħu (Shotokan karate, Taekwondo, Kickboxing). L-esperjenza ta` Rocco twassalna biex nifhmu l-importanza tad-dixxiplina u r-rieda f'dak kollu li nagħmlu.





ixtri Itla’ Fuq





Ktejjeb b’taqsira b’differenza u b’eżerċizzji varji fuq "Meta jaqa’ ċ-Ċpar" ta’ Trevor Żahra (Pubblikazzjoni Merlin)

Ktejjeb fuq meta jaqa` ċ-Ċpar front cover



Workbook fuq il-ktieb Meta jaqa’ ċ-Ċpar ta’ Trevor Żahra li jintuża fil-Form 1 u f’ħafna skejjel tal-primarja tal-knisja.









ixtri Itla’ Fuq





Ktejjeb b’taqsira b’differenza u b’eżerċizzji varji fuq "Ħolm tal-Milied?" ta’ Trevor Żahra (Pubblikazzjoni Merlin)

Ktejjeb fuq Holm Tal-Milied? front cover



Workbook fuq il-ktieb Ħolm tal-Milied? ta’ Trevor Żahra li jintuża fil-Form 2 u f’ħafna skejjel tal-primarja tal-knisja.









ixtri Itla’ Fuq





Ktejjeb b’taqsira b’differenza u b’eżerċizzji varji fuq "L-Isqaq" ta’ Ġużè Chetcuti (Pubblikazzjoni Merlin)

Ktejjeb fuq L-Isqaq front cover



Workbook fuq il-ktieb L-Isqaq ta’ Ġużè Chetcuti li jintuża fil-Form 4.









ixtri Itla’ Fuq





Eċċellenti

Eċċellenti front cover

Dan il-ktieb jixħet lenti wiesgħa fuq il-lingwa Maltija u dak kollu li lilna jagħmilna Maltin. Huwa maħsub primarjament għal studenti kemxejn adulti li jħossu l-ħtieġa li jitgħallmu l-Malti fosthom tfal ta’ emigranti Maltin imxerrdin madwar id-dinja. Fil-bidu ta’ kull kapitlu, l-awturi għamlu silta varjata li kitbu huma stess. Fost oħrajn is-siltiet huma magħmula minn: novelli, informazzjoni fuq personaġġi, tagħrif fuq ċertu postijiet f’Malta u Għawdex, riċetti, fatti storiċi u artikli fuq s-saħħa.

Minn din is-silta l-istudenti li jużaw dan il-ktieb jaslu kważi inkonxjament għal suġġett grammatikali fejn l-awturi mbagħad jagħtu spjegazzjoni u nota fuq is-suġġett trattat. Fl-aħħar ta’ kull kapitlu l-awturi għamlu eżerċizzji varji li qegħdin addattati għal kull età. Fost l-eżerċizzji nsibu tislibiet, tfittxija ta’ kliem, taħriġ il-fehem, qabbel, agħżel it-tajba, imla l-vojt fl-istampa u oħrajn.

ixtri Itla’ Fuq





Malti Għalina t-tfal 1 - 6

Malti Għalina t-tfal 1 - 6 qoxra ta` quddiem

Sensiela ta’ sitt kotba, wieħed għal kull sena tal-primarja, li huma mmirati li jkopru s-sillabu kollu tal-primarja. Huma mimlija bi stampi kkuluriti u taħriġ imqiegħed f’ċertu ordni, b’mod ċar biex l-istudenti jitgħallmu b’sistema organizzata iżda kreattiva u b’differenza minn tas-soltu! L-eżerċizzji li fihom qegħdin imfasslin b’tali mod li jagħmlu enfasi fuq l-aspetti li jbatu minnhom it-tfal f’dawn l-etajiet.

Malti Għalina t-Tfal 1
L-ewwel ktieb ġie mfassal apposta biex jgħin u jiggwida lill-istudenti u lill-għalliema jkopru s-sillabu tal-ewwel klassi tal-primarja kollu kemm hu. Dan il-ktieb hu mimli bi stampi kkuluriti u taħriġ imqiegħed f’ċertu ordni, b’mod ċar biex l-istudenti jitgħallmu b’sistema organizzata iżda kreattiva u b’differenza minn tas-soltu! Dan il-ktieb jagħmel enfasi wkoll fuq l-ittri kapitali u fuq il-ħoss tal-ittra f’pożizzjonijiet differenti (quddiem, fin-nofs u fuq wara) ta’ kelma. Wara li l-istudenti jkopru l-alfabett, hemm eżerċizzji varji biex sal-aħħar tal-ktieb, it-tfal ikunu kapaċi jgħaqqdu sentenza/i. Fl-aħħar tal-ktieb hemm werrej li jindika lill-għalliema u lill-ġenituri t-topiks kollha tal-grammatika tal-ewwel klassi u f’liema paġni tal-ktieb qegħdin jiġu ttrattati.

Malti Għalina t-Tfal 2
Dan il-ktieb ġie mfassal apposta biex jgħin u jiggwida lill-istudenti u lill-għalliema jkopru s-sillabu tat-tieni klassi tal-primarja. Dan il-ktieb jirrevedi u jkompli jibni fuq tal-ewwel klassi. Billi t-tfal ikunu kibru ftit fl-età, l-awturi adattaw stil differenti. Huma nqdew bil-karattru ta’ Kika, pengwin, li se tiggwida lit-tfal tat-tieni klassi jimxu pass pass biex ikomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom fil-Malti. Għal kull qasam grammatikali hemm nota tal-grammatika li qiegħda ġo kaxxa kkulurita li tkun ħierġa minn fomm il-pengwin, b’hekk inkonxjament it-tfal jibdew jidraw li din il-kaxxa hi s-sugu tal-lezzjoni! Bħal fil-każ tal-ewwel ktieb, fl-aħħar ta’ dan il-ktieb ukoll hemm werrej li jindika lill-għalliema u lill-ġenituri t-topiks kollha tal-grammatika li ġew ittrattati u f’liema paġni tal-ktieb qegħdin.

Malti Għalina t-Tfal 3
It-tielet ktieb hu mfassal apposta biex jgħin u jiggwida lill-istudenti u lill-għalliema jkopru s-sillabu tat-tielet klassi tal-primarja. Il-ġeneru ta’ dan il-ktieb huwa grammatika f’kuntest. F’dan il-ktieb it-tfal ukoll huma megħjuna minn karattru. Din id-darba se jkun kelb bl-isem ta’ Pengo, li se jgħidilhom kif għandhom jimxu pass pass biex ikomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom fil-Malti. Fil-bidu ta’ kull kapitlu, it-tfal ikollhom silta miktuba mill-awturi stess, imbagħad ftit mistoqsijiet li jwassluhom għas-suġġett grammatikali. Wara jkollhom it-taħriġ; li huwa varju u kreattiv! Wara kull lezzjoni hemm sezzjoni fejn it-tfal jirriflettu ftit x’għamlu (awtoassessjar indirett). Din tgħinhom biex jindunaw fehmux il-lezzjoni jew le. Barra minn hekk fih mappi tat-tagħlim li permezz tagħhom l-istudenti jitgħallmu jfasslu l-komponimenti!

Malti Għalina t-Tfal 4
Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek u jiggwidak tkopri s-sillabu tar-raba’ klassi tal-primarja. Dan il-ktieb huwa grammatika f’kuntest. F’kull lezzjoni t-tfal ikollhom silta miktuba mill-awturi stess. Eżattament wara s-silta hemm sezzjoni għad-diskussjoni u riflessjonijiet, li l-iskop tagħha hu li twassal lill-istudenti għas-suġġett grammatikali u fl-istess waqt tgħin lill-istudenti jitgħallmu jesprimu ruħhom bla tlaqliq. Wara jkollhom it-taħriġ li huwa varju u kreattiv! Wara kull lezzjoni hemm sezzjoni msemmija awtoassessjar fejn it-tfal jirriflettu ftit fuq il-fatti grammatikali li għaddew u żgur li se tgħinhom jeżaminaw lilhom infushom u jaraw jekk fehmux l-ispunt tal-lezzjoni. Eżattament wara, hemm taħriġ supplimentari (sentenzi, ittra, taqbila, komponimenti, eċċ) li jgħinhom jesprimu ruħhom bil-kitba fit-tul. Fl-aħħar ta’ kull lezzjoni hemm attività li l-iskop tagħha hu li l-istudenti jkabbru l-istima tagħhom infushom u jitgħallmu l-iskop wara ċertu affarijiet li jsiru fl-iskola u fil-ħajja ta’ kuljum! Barra minn hekk wara kull topik hemm mappa tat-tagħlim li permezz tagħha l-istudenti jagħmlu reviżjoni ta’ dak li jkunu studjaw f’diversi lezzjonijiet sempliċiment billi jagħtu daqqa t’għajn lejn din il-mappa!

Malti Għalina t-Tfal 5
Dan il-grammatika f’kuntest qiegħed imfassal apposta biex jgħinek u jiggwidak tkopri s-sillabu tal-ħames klassi tal-primarja. F’kull lezzjoni t-tfal ikollhom silta miktuba mill-awturi stess. Eżattament wara s-silta hemm sezzjoni għad-diskussjoni u riflessjonijiet, li l-iskop tagħha hu li twassal lill-istudenti għas-suġġett grammatikali u fl-istess waqt tgħin lill-istudenti jitgħallmu jesprimu ruħhom bla tlaqliq. Wara jkollhom it-taħriġ li huwa varju u kreattiv! Wara kull lezzjoni hemm sezzjoni msemmija awtoassessjar fejn it-tfal jirriflettu ftit fuq il-fatti grammatikali li għaddew. Eżattament wara, hemm taħriġ supplimentari li jgħinhom jesprimu ruħhom bil-kitba fit-tul. Fl-aħħar ta’ kull lezzjoni hemm attività! Barra minn hekk wara kull topik hemm mappa tat-tagħlim li permezz tagħha l-istudenti jagħmlu reviżjoni ta’ dak li jkunu studjaw f’diversi lezzjonijiet sempliċiment billi jagħtu daqqa t’għajn lejn din il-mappa!

Malti Għalina t-Tfal 6
Dan il-grammatika f’kuntest qiegħed imfassal apposta biex jgħinek u jiggwidak tkopri s-sillabu tas-sitt klassi tal-primarja. F’kull lezzjoni t-tfal ikollhom silta miktuba mill-awturi stess. Eżattament wara s-silta hemm sezzjoni għad-diskussjonijiet u riflessjonijiet. Wara jkollhom it-taħriġ li huwa varju u kreattiv! Wara kull lezzjoni hemm sezzjoni msemmija awtoassessjar. Eżattament wara, hemm taħriġ supplimentari li jgħinhom jesprimu ruħhom bil-miktub fit-tul. Fl-aħħar ta’ kull lezzjoni hemm attività. Barra minn hekk wara kull topik hemm mappa tat-tagħlim li permezz tagħha l-istudenti jagħmlu reviżjoni ta’ dak li jkunu studjaw f’diversi lezzjonijiet sempliċiment billi jagħtu daqqa t’għajn lejn din il-mappa!





ixtri Itla’ Fuq





Idjomi Maltin għal studenti għaqlin

Idjomi Maltin għal studenti għaqlin front cover

Ġabra ta’ idjomi, b’eżerċizzji varji, miġbura taħt temi differenti, li jkopru diversi sillabi, fosthom: tal-Primarja, tal-Liċej, tas-Sekondarja, kif ukoll b’enfasi fuq is-sillabu tal-O’level. Dan il-ktieb jinkludi:

  • definizzjoni ta’ kull idjoma;
  • l-użu ta’ kull idjoma f’sentenza;
  • definizzjoni ta’ kliem tqil wara kull tema;
  • eżerċizzji varji ta’ livelli differenti fuq kull tema bil-qies;
  • taħriġ supplimentari li inkonxjament jagħmillek reviżjoni tal-Malti komunikattiv (ittra, djalogu, deskrizzjoni, email...);
  • glossarju tal-idjomi kollha li ntużaw f’dan il-ktieb;
  • kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.


ixtri Itla’ Fuq





Qwiel Maltin għal studenti ħabrikin

Qwiel Maltin għal studenti ħabrikin front cover

Ġabra ta’ qwiel, b’eżerċizzji varji, miġbura taħt temi differenti, li jkopru diversi sillabi, fosthom: tal-primarja, tal-Liċej, tas-Sekondarja, kif ukoll b’enfasi fuq is-sillabu tal-O’level. Dan il-ktieb jinkludi:

  • ġabra ta’ qwiel miġbura taħt temi differenti;
  • definizzjoni ta’ kull qawl;
  • l-użu ta’ kull qawl f’sentenza;
  • definizzjoni ta’ kliem tqil wara kull tema;
  • glossarju tal-qwiel kollha li ntużaw f’dan il-ktieb;
  • kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.


ixtri Itla’ Fuq





75 Lehma 75 Fehma

75 Lehma 75 Fehma front cover

Dan il-ktieb huwa antoloġija (ġabra) ta’ Poeżija Maltija addattata speċifikament għat-tagħlim tal-Poeżija Maltija fil-Liċej u fl-iskejjel Sekondarji. Dan il-ktieb qiegħed imfassal biex jgħinek u jiggwidak kif għandek tipprepara u tistudja l-poeżija għal diversi sillabi fosthom: tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u ta’ skejjel privati. Fih jinkludi:

  • ġabra ta’ 75 poeżija maqsuma kronoloġikament skont id-dati tat-twelid tal-poeti;
  • nota ġenerali fuq il-poeti u l-poeżija tradizzjonali u oħra fuq il-poeti u l-poeżija moderna;
  • 35 poeta differenti;
  • nota bijografika ta’ madwar mitt kelma fuq kull poeta li hawn f’din l-antoloġija;
  • 75 lezzjoni differenti mqassma bl-istess mod;
  • ritratt meħud lokalment marbut mat-tema tal-poeżija li tkun ġejja;
  • taħtu mistoqsijiet biex l-istudenti jaslu għas-suġġett tal-poeżija;
  • il-poeżija tal-poeti bil-versi nnumerati;
  • taħriġ varju mqassam fuq tliet livelli;
  • nota bil-ħsieb, kummenti analitici, il-binja, it-termini letterarji u t-tifsir tal-kliem tqil ta’ kull poeżija;
  • glossarju ta’ termini letterarji, b’definizzjoni ta’ kull waħda u eżempju;
  • kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.


ixtri Itla’ Fuq





Malti għall-Eżamijiet b'Pariri u Tweġibiet!

Malti għall-Eżamijiet b'Pariri u Tweġibiet!

Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek u jiggwidak taġġorna ruħek fil-grammatika Maltija, titgħallem ir-regolamenti tal-ortografija l-ġdida u tipprepara għal diversi eżamijiet fosthom l-eżami taċ-ĊES, l-eżami tal-Profiċjenza fil-Malti għall-Għalliema Prospettivi tal-Primarja, l-eżami tal-Malti tal-iskrivana u l-eżami tal-Malti tas-suldati. Dan il-ktieb hu miktub minn għalliem tal-Malti u għalhekk l-informazzjoni li fih hi ppreżentata b’mod ċar u konċiż. Fih jinkludi:

  • pariri kif tipprepara għall-eżamijiet;
  • pariri kif tagħmel komponiment tajjeb;
  • pariri kif tirrispondi f ’taħriġ il-fehem;
  • pariri kif tikteb ittra formali, informali u f ’gazzetta;
  • worksheets fuq it-topiks kollha tal-grammatika;
  • eżerċizzji varji li jagħmlulek reviżjoni tal-grammatika Maltija u tal-idjomi u l-qwiel;
  • eżerċizzji apposta biex tagħraf u tirranġa l-iżbalji tal-ortografija (spelling mistakes);
  • 3 karti mudell tal-eżami taċ-ĊES (O’Level);
  • 3 karti mudell tal-eżami tal-Profiċjenza tal-Malti;
  • 3 karti mudell tal-eżami tal-Malti tal-Iskrivana;
  • 3 karti mudell tal-eżami tal-Malti tas-Suldati;
  • pjan ta’ studju għal kull eżami ttrattat;
  • pjan kif tqassam il-ħin għal kull eżami ttrattat;
  • sezzjoni bit-tweġibiet għal kull eżerċizzju li jinsab f ’dan il-ktieb, bit-tweġibiet tal-karti kollha inklużi;
  • kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.


ixtri Itla’ Fuq





Malti Aħjar bi Sforzi Żgħar . . . Ktieb tat-Taħriġ!

Malti Aħjar bi Sforzi Żgħar . . . Ktieb tat-Taħriġ!

Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex, permezz t’eżerċizzji varji fuq suġġetti speċifiċi u oħrajn ġenerali, inti titħarreġ f’aspetti differenti tal-grammatika Maltija, titgħallem ir-regolamenti l-ġodda tal-ortografija u b’hekk ittejjeb il-livell tal-kitba tiegħek bil-Malti. Fih jinkludi:

  • Taħriġ speċifiku fuq aspetti differenti tal-lingwa Maltija;
  • Taħriġ speċifiku fuq id-dokument Deċiżjonijiet 1 li nħareġ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti;
  • Taħriġ ġenerali fuq aspetti differenti tal-lingwa Maltija;
  • 3 testijiet biex tiċċekkja l-livell tal-profiċjenza tiegħek fil-Malti;
  • Eżerċizzji varji u logħob differenti fosthom snakes and ladders u tislibiet;
  • Pariri konċiżi u mudelli ta’ kif tikteb: komponiment, ittra formali, ittra informali, ittra f’gazzetta, ittra elettronika, ċirkulari u memorandum (Memo);
  • Sezzjoni bit-tweġibiet għal kull eżerċizzju li jinsab f’dan il-ktieb.


ixtri Itla’ Fuq





Suċċessinu 1

Malti Aħjar bi Sforzi Żgħar . . . Ktieb tat-Taħriġ!

Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek, jiggwidak u jippreparak għall-ewwel karta tal-eżami taċ-ĊES (O Level tal-Malti) tas-sena 2014. Fih jinkludi:

  • deskrizzjoni dettaljata tal-eżami taċ-ĊES;
  • Pariri kif tipprepara għall-eżami;
  • Pjan ta’ studju għall-eżami; pjan kif tqassam il-ħin għall-eżami;
  • Pariri kif tagħmel komponiment tajjeb;
  • Pariri kif tirrispondi f’taħriġ il-fehem;
  • Pariri u mudelli ta’ kif tikteb ittra formali, informali, f’gazzetta, ittra elettronika u rapport;
  • Noti fuq it-temi kurrenti u l-kultura lingwistika għall-eżami tal-Malti;
  • 5 karti mudell tal-oral u tal-ewwel karta tal-eżami taċ-ĊES;
  • Sezzjoni bit-tweġibiet għal kull eżerċizzju.


ixtri Itla’ Fuq





Suċċessinu 2

Malti Aħjar bi Sforzi Żgħar . . . Ktieb tat-Taħriġ!

Dan il-ktieb hu mfassal apposta biex jgħin u jiggwida lill-istudenti biex iħejju ruħhom għat-tieni karta tal-eżami tal-Malti fil-livell Ordinarju, skont is-sillabu li jibda mill-2014 ’il quddiem. Fih jinkludi:

  • Noti dwar il-biċċiet letterarji kollha;
  • Eżerċizzji varji ta’ livelli differenti fuq kull biċċa letterarja;
  • Punti kif jissawwar komponiment letterarju;
  • Mudelli ta’ komponimenti letterarji;
  • Lista u spjegazzjoni tat-termini letterarji, b’eżempji mis-siltiet;
  • Taħriġ kreattiv fuq it-termini letterarji;
  • 3 karti mudell tat-tieni karta tal-eżami taċ-ĊES;
  • Sezzjoni bit-tweġibiet għal kull eżerċizzju.


ixtri Itla’ Fuq





Ħtif ta' Ajruplani fil-Mediterran

Verżjoni bl-Ingliż

Ħtif ta' Ajruplani fil-Mediterran

Bejn wieħed u ieħor mis-sena 1970 sal-2000, kull xahar, x’imkien fid-dinja, b’mod partikolari fil-Mediterran, kien hemm żewġ atti ta’ piraterija tal-ajru. Ħafna minn dawn kienu jsiru biex jinġabru somom kbar ta’ flus, għal għanijiet personali jew politiċi. Iżda minn dawn il-każijiet il-ħtif tal-ajruplani evolva f’idea aktar moderna fejn l-ajruplan innifsu jiġi użat bħala missila. Għalkemm illum l-atti ta’ piraterija huma ħafna aktar rari, il-konsegwenzi tagħhom huma ħafna akbar. Il-biża’ mill-atti ta’ piraterija għadu jinħass f’kull livell, kemm miċ-ċittadini komuni kif ukoll min-nazzjonijiet. Għalhekk huwa importanti li nanalizzaw dawn l-atti ta’ piraterija li saru fil-bidu, li kważi kważi ħafna minnhom illum jidhru innoċenti, għaliex jgħinuna nifhmu l-motivi u l-mekkaniżmu wara l-ħtif tal-ajruplani u b’hekk jgħinuna nevitawhom jew niddefendu lilna nfusna minnhom.

Dan il-ktieb jagħti din l-analiżi billi jikkonċentra fuq ħames ajruplani maħtufa li llandjaw jew telqu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fil-qalba tal-Mediterran. Dawn kienu

  • Titjira KL 861 Amsterdam-Tokjo KLM Royal Dutch Airlines 25 Novembru 1973;
  • Titjira LN 642 Houn-Tripli Libyan Arab Airlines 16 Ottubru 1979;
  • Titjira LN 484 Sebħa-Tripli Libyan Arab Airlines 20 Frar 1983;
  • Titjira MS 648 Ateni-Kajr EgyptAir 23 Novembru 1985;
  • Titjira KM 830 Malta-Istanbul Air Malta 10 Ġunju 1997;


L-għan oriġinali kien li jiġi mistħarreġ għaliex ċertu postijiet madwar jew fil-Mediterran kienu suġġetti għall-atti ta’ piraterija tal-ajru aktar minn oħrajn. Iżda fir-riċerka fl-eluf ta’ kliem li nkiteb u ntqal fuq dawn il-każi, l-awtur sab li ħafna mir-rakkonti kienu inkompleti jew foloz u għalhekk l-ewwel għan kien li joħroġ il-verità bl-użu ta’ sorsi ppubblikati, intervisti ma’ persuni differenti, gazzetti kontemporanji lokali u barranin, rapporti, diskussjonijiet ma’ esperti tas-sigurtà, rapporti tal-pulizija, procès-verbaux, rapport tal-esperti tal-qorti, stqarrijiet fl-istampa u korrispondenza uffiċjali.
Armat b’din l-informazzjoni, l-awtur ried jipprova li s-sigurtà u l-istabbilità fil-Mediterran, u għalhekk fl-Ewropa wkoll, ma tistax tintlaħaq jekk il-problemi fis-sigurtà reġjonali ma jiġux indirizzati. Hemm rakkont ta’ kull ħtif mill-bidu kwiet tiegħu sakemm tispiċċa d-drama, u kull wieħed ġie analizzat fid-dawl tal-problemi reġjonali kontemporanji li mmotivaw lill-pirati.
L-awtur jirrifletti wkoll fuq il-bidliet li saru fir-reġjun tal-Mediterran li wasslu biex in-numru ta’ ħtif ta’ ajruplani jonqos. Barra minn hekk dan il-ktieb juri wkoll l-akkwisti straordinarji li għamel il-Perit Dom Mintoff, il-Prim Ministru ta’ Malta indipendenti friska, li nnegozja personalment it-tmien ta’ tlieta mill-ħames ajruplani maħtufa mingħajr telf ta’ ħajja.

***


“Dan il-ktieb jitfa’ dawl ġdid fuq ġrajjiet li s’issa kienu mċajpra minħabba sensazzjonaliżmu, spekulazzjoni, preġudizzju, memorja qasira u saħansitra minħabba importanza żejda li taw lilhom infushom ċerti nies involuti. Dan il-volum jirrakkonta l-istejjer bl-aktar mod ħaj, preċiż, intelliġenti u fil-kuntest sew tagħhom. Għaldaqstant għandna hawnhekk kontribuzzjoni ġdida u siewja mhux biss għal dik li hi narrattiva ta’ ġrajjiet drammatiċi, iżda wkoll għall-ġrajja tal-pajjiż, speċjalment fejn għandhom x’jaqsmu r-relazzjonijiet esterni u s-sigurtà.”

Prof. Dominic Fenech
L-Università ta' Malta
Ottubru 2010

Sezzjoni fuq l-aħbarijiet tat-8PM - TVM (5 ta’ Jannar, 2011.)

Sezzjoni fuq TX - Super 1 TV (5 ta’ Jannar, 2011.)

Artiklu fuq It-Torċa (6 ta’ Frar, 2011.)

Artiklu fuq In-Nazzjon (10 ta’ Marzu, 2011.)

Artiklu fuq The Malta Independent on Sunday (6 ta’ Novembru, 2011.)




ixtri Itla’ Fuq





Idjomi Maltin għalina t-tfal

Idjomi Maltin għalina t-tfal

Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek tistudja l-idjomi Maltin.

Fih jinkludi:

  • ġabra ta’ idjomi miġbura taħt temi differenti;
  • definizzjoni ta’ kull idjoma;
  • l-użu ta’ kull idjoma f’sentenza;
  • eżerċizzji varji ta’ livelli differenti fuq kull tema.


ixtri Itla’ Fuq





Qwiel Maltin għalina t-tfal

Qwiel Maltin għalina t-tfal

Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek tistudja l-qwiel Maltin.

Fih jinkludi:

  • ġabra ta’ qwiel miġbura taħt temi differenti;
  • definizzjoni ta’ kull qawl;
  • l-użu ta’ kull qawl f’sentenza;
  • eżerċizzji varji ta’ livelli differenti fuq kull tema.


ixtri Itla’ Fuq





Gwida għall-Malti Komunikattiv

Gwida għall-Malti Komunikattiv

Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek tikkomunika aħjar bil-Malti miktub. Fih se ssib pariri u mudelli ta’ kif tagħmel tipi ta’ kitbiet differenti li niltaqgħu magħhom matul ħajjitna. Fih jinkludi pariri konċiżi u mudelli kif tagħmel: komponimenti ta’ stilidifferenti; ittra formali, informali, f’gazzetta, għal xogħol u ittra elettronika; avviż, deskrizzjoni, direzzjoni, djalogu, kapxin, lista, messaġġ, rapport, reklam, slowgan, struzzjoni, taqsira u traduzzjoni.




ixtri Itla’ Fuq





L-Aktar Pubblikazzjoni Riċenti
Recent Publication
facebook link
site footer