![]() |
|
L-Uffiċċju ta’ Dr Owen Bonnici, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern LokaliIl-Parlament ta’ Malta, Valletta18 ta’ Marzu, 2025Dr Charles Daniel Saliba kellu laqgħa ta’ kortesija ma’ Dr Owen Bonnici, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Matul din il-laqgħa, Dr Saliba tkellem dwar l-importanza li ċittadini ta’ nazzjonalità barranija, li jiġu jaħdmu f'Malta, jitgħallmu l-lingwa u l-kultura Maltija, għax dan jiffaċilita l-integrazzjoni għal kulħadd. Saliba ppreżenta lil Dr Bonnici, is-sensiela Maltese for Foreigners, ġabra ta' 22 ktieb, is-sensiela Maltese as a Foreign Language for Juniors u Provérbios Europeus/European Proverbs/Proverbji Ewropej, li ppubblika flimkien mal-Professur R. Soares. Aqra aktar. ![]() Dr Saliba jippreżenta lil Dr Bonnici kopja tal-qoxra tal-kotba li se jiġu ppublikati fil-futur qarib Learning Maltese 3 u Learning Maltese 4. L-Uffiċċju ta’ Dr Ian Borg, Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-TuriżmuIl-Parlament ta’ Malta, Valletta29 ta’ Jannar, 2025Dr Charles Daniel Saliba kellu laqgħa ta’ kortesija mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Dr Ian Borg. Matul din il-laqgħa, Dr Saliba tkellem dwar l-importanza li d-diplomatiċi u l-istaff f'missjonijiet barranin għandhom jagħtu lir-riżorsi tal-lingwa Maltija għax dawn jgħinu lill-missjonijiet jippromwovu l-lingwa u l-kultura Maltija barra l-pajjiż. Saliba ppreżenta lid-Deputat Prim Ministru, is-sensiela Maltese for Foreigners, ġabra ta' 22 ktieb, is-sensiela Maltese as a Foreign Language for Juniors u Provérbios Europeus/European Proverbs/Proverbji Ewropej, li ppubblika flimkien mal-Professur R. Soares. ![]() Dr Saliba jippreżenta lil Dr Borg il-ktieb Provérbios Europeus/European Proverbs/Proverbji Ewropej. ![]() Dr Saliba jiddiskuti ma' Dr Borg il-metodoloġija użata fil-kotba tiegħu. Aqra aktar. Dr Charles Daniel Saliba ma' Dr Ian Borg, Deputat Prim Ministru L-Uffiċċju ta’ Dr Roberta Metsola, il-President tal-Parlament EwropewIl-Ħamrun, Malta9 ta’ Diċembru 2024Dr Charles Daniel Saliba kellu laqgħa ta’ kortesija mal-President tal-Parlament Ewropew, Dr Roberta Metsola. Matul din il-laqgħa, huma ddiskutew it-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija lokalment u barra minn Malta. Saliba ppreżenta lill-President, is-sensiela Maltese for Foreigners, ġabra ta' 22 ktieb, is-sensiela Maltese as a Foreign Language for Juniors u Provérbios Europeus/European Proverbs/Proverbji Ewropej, li ppubblika flimkien mal-Professur R. Soares. ![]() Dr Saliba jippreżenta lil Dr Roberta Metsola Learning Maltese 1 & Learning Maltese 2. Aqra aktar. Polyglot Conference Valletta 2024The Phoenicia Malta7 ta’ Novembru, 2024Dr Charles Daniel Saliba kien mistieden bħala l-kelliem ewlieni fil-Polyglot Conference fil-Belt Valletta bit-taħdita tiegħu intitolata, ‘The History of the Maltese Language’. ![]() Il-powster tal-Polyglot Conference Valletta 2024. ![]() Dr Saliba jindirizza lill-udjenza fil-Polyglot Conference. Dr Saliba jippreżenta lis-Sur Richard Simcott il-kotba Learning Maltese 1 & 2. Dr Saliba jippreżenta lis-Sur Simcott Provérbios Europeus / European Proverbs / Proverbji Ewropej, ktieb trilingwi (bil-Portugiż, bl-Ingliż u bil-Malti) li Saliba ppubblika flimkien ma' Prof Rui Soares, il-President tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Paremjoloġija. Il-Palazz ta’ San AntonAttard, Malta11ta’ Settembru, 2024Dr Charles Daniel Saliba kellu laqgħa ta' korteżija mal-President ta' Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono. Matul din il-laqgħa, hu ppreżenta s-serje ta’ kotba Maltese for Foreigners, ġabra ta' 22 ktieb u l-kotba Learning Maltese 1 & 2, li se jiġu depożitati fil-Librerija Anton Buttigieg fil-Palazz ta' San Anton. ![]() ![]() Photos: OPR Iċ-Ċentru tal-Ilsien MaltiIl-Belt Valletta30ta’ Lulju, 2024Preżentazzjoni ta’ kotba għat-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija, miktuba b’lingwi diversi, lis-Sa Norma Saliba, il-Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti. ![]() Il-Ministeru għall-EdukazzjoniFloriana, Malta17 ta’ Lulju, 2024Preżentazzjoni tal-Livell A1 tas-serje Maltese as a Foreign Language for Juniors, Learning Maltese 1 & 2, lill-Ministru għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, ir-Riżorsi u l-Innovazzjoni, Onor. Clifton Grima. ![]() Qalam AcademySpanja, Granada21-26ta’ April, 2024Għall-iżvilupp professjonali tiegħu, Dr Charles Daniel Saliba ġie ffinanzjat mill-Erasmus+ biex iżur Qalam Academy (fi Granada, Spanja), fejn għamel taħriġ intensiv fid-djaletti Għarab tal-Lvant. ![]() Sessjoni minnhom fuq l-Għarbi Djalettali. ![]() Preżentazzjoni tas-serje Maltese for Foreigners Level A1 lis-Sa Nawal AL Shalyan, fundattriċi ta’ Qalam Academy . The Excellence Center in EuropeIl-Ġermanja, Halle (Saale)It-18 ta’ Mejju, 2023Għall-iżvilupp professjonali tiegħu, Dr Charles Daniel Saliba ġie ffinanzjat mill-Erasmus biex iżur The Excellence Center in Europe għal ġimgħa, fejn seta' josserva d-diversi attivitajiet edukattivi li jsiru f'dan iċ-ċentru inkluż it-tagħlim ta' lingwi bħall-Għarbi, il-Ġermaniż u l-Ingliż. Barra minn hekk, Saliba għamel taħriġ intensiv fid-djaletti Għarab tal-Lvant (Shami). Saliba żar ukoll id-Dipartiment tal-Għarbi fl-Istitut Orjentali fl-Università ta' Leipzig fejn kellu laqgħa mal-Professur Kristina Stock u ppreżenta kopja tas-serje Maltesisch für Ausländer għal-Librerija tal-Istudji Orjentali. ![]() Preżentazzjoni tas-serje Maltesisch für Ausländer lis-Sur Rafat Shamir, wieħed mill-ko-fundaturi taċ-Ċentru ta' Eċċellenza. ![]() Sessjoni ma' kelliema nattivi tal-Għarbi Djalettali. Dr Josianne CutajarMembru tal-Parlament Ewropew (MEP)L-20 ta' Lulju, 2022![]() ![]() Preżentazzjoni ta' kotba biex il-Malti jiġi mgħallem bħala Lingwa Barranija lil Dr Josianne Cutajar, MEP Barts and the London School of Medicine and Dentistry (QMUL)Il-Kampus ta' Għawdex, MaltaL-4 ta' Lulju, 2022![]() Preżentazzjoni tal-aħħar pubblikazzjonijiet għat-tagħlim tal-Malti Mediku, Maltese Grammar Essentials in Context for Healthcare Professionals u Speaking Medical Maltese from Zero lill-Professur Anthony Warrens, Dekan għall-Edukazzjoni, Barts and the London School of Medicine and Dentistry (QMUL) u l-Professur Catherine Molyneux, Deputat Dekan għall-Edukazzjoni, QMUL, il-Kampus ta' Għawdex. Kunsill Lokali ta' GħajnsielemIt-28 ta' April, 2022![]() Preżentazzjoni tal-ktieb Provérbios Europeus/European Proverbs/Proverbji Ewropej lis-Sindku ta' Għajnsielem, is-Sur Kevin Cauchi, u membri oħra tal-kunsill lokali. Librerija MuniċipaliTavira, il-PortugallIt-23 ta' April, 2022Tnedija tal-ktieb Provérbios Europeus/European Proverbs/Proverbji Ewropej, ippubblikat mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Parmeoloġija (IAP), miktub mal-Professur Rui Soares, President tal-IAP, u Dr Charles Daniel Saliba, membru tal-IAP. ![]() Dr Charles Daniel Saliba jindirizza lill-udjenza. F'dan ir-ritratt hemm ukoll l-Ambaxxatur ta' Malta fil-Portugall, l-E.T. John Camilleri, is-Sinjura Ana Paula Martins, Sindku ta' Tavira u l-Professur Rui Soares. ![]() ![]() L-Ambaxxata tal-ĠermanjaIl-11 ta’ Ottubru, 2021![]() Preżentazzjoni tal-livell A1 tas-serje Maltesisch für Ausländer lill-Ambaxxatur Ġermaniż l-ET Walter Haßmann u lis-Sur Eden, l-attaché tal-kultura fl-ambaxxata. Il-Ministeru għall-EdukazzjoniIt-28 ta’ Settembru, 2021![]() Preżentazzjoni tal-livell A1 tas-serje Maltesisch für Ausländer lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Onor. Justyne Caruana. Ministeru għal GħawdexId-9 t’Awwissu, 2018![]() Preżentazzjoni tal-livell A1 tas-serje Maltese per Stranieri lill-Ministru għal Għawdex, Onor. Justyne Caruana L-Ambaxxata tal-ItaljaIl-21 ta’ Ġunju, 2018![]() Preżentazzjoni tal-livell A1 tas-serje Maltese per Stranieri lill-Ambaxxatur Taljan l-ET Mario Sammartino. Tnedija tal-ktiebInforming Educational Change: Research Voices from MaltaL-4 ta’ Mejju, 2017![]() Charles Daniel Saliba u sħabu waqt id-diskors tal-Professur Cathy Nutbrown. Ir-riċerka bl-isem, Teaching Maltese as a second language to adults, tinsab f’din il-link: hawn Tavira, il-PortugallInternational Association of Paremiology (AIP-IAP)10th Interdisciplinary Colloquium on Proverbs (ICP16)6-13 ta’ Novembru, 2016.![]() Charles Daniel Saliba jippreżenta r-riċerka tiegħu ‘Maltese Proverbs on Women.’ ![]() Saliba jindirizza lid-delegati fil-konferenza internazzjonali Charles Daniel Saliba-Doctor of PhilosophySheffield, l-IngilterraIt-22 ta’ Lulju, 2015.![]() JUM IL-GRADWAZZJONI FL-UNIVERSITÀ TA’ SHEFFIELD Uffiċċju tad-Delegazzjoni Permanenti ta’ Malta għall-UNESCO9 ta’ Ġunju, 2014![]() Preżentazzjoni tas-serje Malti għall-Barranin lill-Ambaxxatur u delegat permanenti tal-UNESCO Mgr Dr Joe Vella Gauci. Uffiċċju tal-Ministru tal-Edukazzjoni u x-XogħolIl-Parlament ta’ Malta, Valletta19 ta’ Mejju, 2014![]() Preżentazzjoni tas-serje Malti għall-Barranin lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo Sir M. A. Refalo Sixth Form, ir-Rabat, GħawdexStudenti Daniżi jitgħallmu fuq il-lingwa u l-kultura Maltija8 ta’ April, 2014Grupp ta’ studenti li jattendu l-iskola Svendborg Gymnasium fid-Danimarka żaru s-Sixth Form t’Għawdex. Dakinhar, Charles Daniel Saliba għamlilhom preżentazzjoni kif żviluppat il-lingwa Maltija tul iż-żminijiet u spjegalhom għaliex il-Malti hu lsien uniku. Saliba tkellem ukoll dwar il-kultura Maltija u r-relazzjoni bejn Malta u d-Danimarka. Fl-aħħar tat-taħdita s-surmast tal-iskola, Marcel Xuereb, ippreżenta lil Jørgensen is-serje Maltese for Foreigners, miktuba minn Saliba nnifsu, biex b’hekk l-istudenti Daniżi jkunu jistgħu jitgħallmu aktar fuq il-lingwa, il-kultura u l-letteratura Maltija. Wara Jørgensen ippreżentat lil Xuereb u Saliba kopja tal-ktieb tagħha Spoken English: Communication Strategies. ![]() Dr Sussanne Jørgensen tippreżenta l-ktieb tagħha, Spoken English: Communication Strategies lil Charles Daniel Saliba. ![]() Is-Sur Marcel Xuereb, jippreżenta lil Dr Sussanne Jørgensen bis-serje Maltese for Foreigners, miktuba minn Charles Daniel Saliba. The University of Sheffield Study SchoolCharles Daniel Saliba jippreżenta s-serje Maltese for Foreignerslill-Professur Cathy Nutbrown, il-Kap tal-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Sheffield.4 – 6 t’Ottubru 2013![]() Charles Daniel Saliba jippreżenta s-serje Maltese for Foreigners Mix-xellug għal-lemin: Prof. Peter Clough, Dr. Terry Lamb, Charles Daniel Saliba, Prof. Cathy Nutbrown, Dr. Jools Page Ministeru Għal Għawdex, Rabat, GħawdexA Wonderful Future Beckons for Young Gozitan HistoriansTaħdita minn Charles Daniel SalibaSkyjacking – its character, effects and decline19 ta’ Ottubru 2012Id-Dipartiment tal-Istorja fl-Università ta’ Malta organizza konferenza ta’ jumejn fil-Ministeru għal Għawdex bl-isem ‘A Wonderful Future Beckons for Young Gozitan Historians’, taħt il-patriċinju tal-Ministru għal Għawdex Onor. Giovanna Debono. Fost dawk preżenti għal din il-konferenza kien hemm il-Professur Juanito Camilleri (Rettur tal-Università), il-Professur Richard Muscat (Pro-rettur), il-Professur Dominic Fenech (Kap tad-Dipartiment tal-Istorja u Dekan tal-Fakultà tal-Arti) u l-Professur Victor Mallia-Milanes. Charles Daniel Saliba ppreżenta r-riċerka tiegħu, ‘Skyjacking – its character, effects and decline,’ fejn fiha analizza l-oriġini tal-ħtif tal-ajruplani, il-bidla maż-żmien f’dan il-fenomenu u l-effetti fuq l-umanità. Hu analizza wkoll il-problemi fil-Mediterran li kienu l-kawża ta’ ħafna mill-każi ta’ ħtif f’dan ir-reġjun. ![]() Charles Daniel Saliba jindirizza lill-udjenza fil-Ministeru għal Għawdex Tavira, il-PortugallInternational Association of Paremiology (AIP-IAP)5th Interdisciplinary Colloquium on Proverbs (ICP11)6-13 ta’ Novembru, 2011Charles Daniel Saliba ġie invitat bħala kelliem ewlieni f’dan il-colloquium u ppreżenta r-riċerka tiegħu, Maltese proverbs: a reflection of Mediterranean history and culture? Hu analizza x-xogħlijiet ewlenin li saru fil-parmeoloġija Maltija u b’hekk tefa’ dawl fuq il-mod kif taħsibha s-soċjetà Maltija, il-lingwa tagħha u fuq kollox wera d-drawwiet tagħha. Barra minn hekk, hu wera biċ-ċar li l-influwenzi u l-kurrenti kulturali tal-Mediterran jidhru wkoll fil-proverbji Maltin. Saliba ppreżenta lill-Professor Rui João Baptista Soares bibjografija fuq ix-xogħlijiet ippubblikati fuq il-proverbji Maltin, biex isservi ta’ għajnuna għal dawk kollha li jkunu jixtiequ jirriċerkaw aktar fuq is-suġġett. Għal aktar informazzjoni agħfas www.aip-iap.org ![]() Charles Daniel Saliba jippreżenta l-bibjografija lill-Professor Soares ![]() Saliba jindirizza lid-delegati fil-konferenza internazzjonali ![]() Saliba jwieġeb il-mistoqsijiet tal-udjenza ![]() Skola Primarja taż-Żebbuġ GħawdexQari b’differenza – fil-Kulleġġ t’Għawdex!3 ta’ Mejju 2011L-għada, 4 ta’ Mejju, Saliba kien mistieden fl-istess skola biex jagħmel taħdita lill-ġenituri tal-istudenti dwar prattiċi tajbin ta’ kif il-ġenituri jistgħu jgħinu lil uliedhom jitgħallmu l-Malti mingħajr tbatija żejda. F’din it-taħdita Saliba semma l-aktar żbalji komuni li jħobbu jagħmlu l-istudenti xħin jiktbu bil-Malti u fiehem lill-ġenituri kif jistgħu jgħinu lil uliedhom biex it-tagħlim isir aktar esperjenza sabiħa u b’hekk l-istudenti jirnexxu aktar. Għal din l-okkażjoni attendiet ukoll il-Ministru għal Għawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono. ![]() ![]() Ministeru Għal GħawdexRabat, Għawdex8 ta’ April 2011.Viżiera tal-istudenti passati fl-iskola Sir M . A. Refalo Taħdita minn Charles Daniel Saliba Ħarsa ħafifa lejn il-karriera u x-xogħlijiet ta’ Charles Daniel Saliba ![]() ![]() Uffiċċju tal-Prim MinistruIl-Berġa ta’ Kastilja, Valletta26 ta’ Jannar, 2011.Preżentazzjoni tal-ktieb “Ħtif ta’ Ajruplani fil-Mediterran. Il-Ħames Każi ta’ Malta” lill-Prim Ministru ta’ Malta Dr. Lawrence Gonzi ![]() ![]() Uffiċċju tal-Kap tal-Oppożizzjoni29 ta’ Diċembru, 2010.“Ħtif ta’ Ajruplani fil-Mediterran. Il-Ħames Każi ta’ Malta” lill-Kap tal-Oppożizzjoni Dr. Joseph Muscat ![]() Television Malta (TVM)L-aħbarijiet tat-8 pm5 ta’ Jannar, 2011.Ħtif ta’ Ajruplani fil-Mediterran. Il-Ħames Każi ta’ Malta. Jekk ma tistax tara l-vidjow agħfas fuq 'Allow Blocked content'. Super One TVTX5 ta’ Jannar, 2011.Ħtif ta’ Ajruplani fil-Mediterran. Il-Ħames Każi ta’ Malta. Jekk ma tistax tara l-vidjow agħfas fuq 'Allow Blocked content'. Television Malta (TVM)Ta' Bundy17 ta' Awwissu, 2010.Jekk ma tistax tara l-vidjow agħfas fuq 'Allow Blocked content'. L-iskola Agius de Soldanis, ir-Rabat GħawdexTaħdita dwar Kif u għaliex tikteb Ktieb?14 ta’ April, 2010.![]() Charles Daniel Saliba jindirizza lill-istudenti tal-Form 1 fl-iskola Aguis de Soldanis. ![]() Il-Kulleġġ t’GħawdexGħarbi għall-Intelliġenti2 ta’ Mejju, 2007.![]() Charles Daniel Saliba jippreżenta pakkett ta’ riżorsi li bih ġie mgħallem l-Għarbi f’dan il-kors lill-Prinċipal tal-Kulleġġ t’Għawdex Chev. Gatt. ![]() Charles Daniel Saliba jippreżenta l-istess pakkett lill-Ministru għal Għawdex, Onor. Giovanna Debono. ![]() Il-Ministru għal Għawdex, Onor. Giovanna Debono tindirizza lis-26 studenta. Il-Librerija Pubblika t’GħawdexIl-Jum DInji tal-Ktieb23 ta’ April, 2007.![]() Charles Daniel Saliba jindirizza l-udjenza. Mix-Xellug għal-Lemin - Chev. F. Gatt, Il-Prinċipal tal-Kulleġġ t’Għawdex, is-Sur A. Borg, Il-Kap tas-Segretarjat li jirrappreżenta l-Onor. Giovanna Debono u s-Sur Ġorġ Borg. ![]() Is-Sur Ġorġ Borg, il-Kap tal-Librerija Pubblika fir-Rabat Għawdex jippreżenta tifkira tal-okkażjoni lil Charles Daniel Saliba. |
![]() |
![]() | |
![]() |