![]() |
|
Livell A1 (Beginners–Elementary)My First 750 Words in Maltese![]()
My First 750 Words in Maltese huwa ktieb tal-vokabolarju miktub bil-Malti u bl-Ingliż, li permezz tiegħu l-barranin jistgħu jitgħallmu
l-vokabularju Malti b’mod sempliċi. Il-ktieb fih il-vokabolarju bażiku li niltaqgħu miegħu fil-ħajja ta’ kuljum. Kull lezzjoni tinkludi għajnuniet
fil-pronunzja kif ukoll traduzzjoni għal-lingwa Ingliża ta’ kull kelma bil-Malti. F’dan il-ktieb il-vokabularju jiġi mgħallem permezz ta’ eżerċizzji
u attivitajiet varji u sezzjonijiet apposta li jagħmlu reviżjoni, filwaqt li jsaħħu l-ħiliet tat-taħdit, tal-qari, tal-kitba u tas-smigħ.
Livell A1 (Beginners–Elementary)Maltese Grammar Essentials in Context![]()
Maltese Grammar Essentials in Context huwa ktieb tal-grammatika miktub bil-Malti u bl-Ingliż. Permezz tiegħu wieħed jitgħallem il-grammatika
Maltija b’mod sempliċi permezz ta’ siltiet tal-qari u sitwazzjonijiet li wieħed jiltaqa’ magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. L-eżerċizzji u l-attivitajiet
li fih huma ddisinjati biex wieħed jitgħallem il-lingwa f’kuntest, filwaqt li jgħin fit-tagħlim tal-vokabularju, fil-fehim mis-smigħ kif ukoll
fil-ħiliet komunikattivi.
Livell A1 (Beginners–Elementary)Speaking Maltese![]()
Dan il-ktieb jinkludi 22 djalogu realistiku, bit-traduzzjonijiet tagħhom għall-Ingliż, biex jgħinek titgħallem il-Malti, issaħħaħ il-ħiliet tiegħek
fil-qari u s-smigħ u fl-istess ħin taħdem fuq it-taħdit mingħajr ma toqgħod tfittex fid-dizzjunarju l-ħin kollu. Wara kull djalogu ssib tabella
dettaljata bil-verbi ġodda biex tiffamiljarizza ruħek mal-grammatika Maltija. Issib ukoll kaxxa bl-espressjonijiet importanti u bit-traduzzjoni tagħhom.
Dawn l-espressjonijiet importanti ħafna li tkun tafhom għax jintużaw il-ħin kollu fil-konverżazzjonijiet ta’ kuljum.
Niveau A1 (Anfänger–Grundstufe)Meine ersten 750 Wörter auf Maltesisch![]()
Dan il-ktieb ġie ppubblikat f’verżjoni Malti-Ġermaniż. Għal aktar dettalji agħfas hawn:
Meine ersten 750 Wörter auf Maltesisch
Niveau A1 (Anfänger–Grundstufe)Grundlagen der maltesischen Grammatik im Kontext 1![]()
Dan il-ktieb ġie ppubblikat f’verżjoni Malti-Ġermaniż. Għal aktar dettalji agħfas hawn:
Grundlagen der maltesischen Grammatik im Kontext 1
Niveau A1 (Anfänger–Grundstufe)Maltesisch sprechen 1![]()
Dan il-ktieb ġie ppubblikat f’verżjoni Malti-Ġermaniż. Għal aktar dettalji agħfas hawn:
Maltesisch sprechen 1
Livell A2 (Elementary–Pre-Intermediate)More Words in Maltese![]()
More Words in Maltese huwa ktieb tal-vokabolarju miktub bil-Malti u bl-Ingliż, li permezz tiegħu l-barranin jistgħu
jitgħallmu l-vokabularju bażiku u espressjonijiet ta’ livell kważi intermedju. Kull lezzjoni tinkludi għajnuniet fil-pronunzja
kif ukoll traduzzjoni għal-lingwa Ingliża ta’ kull kelma bil-Malti. F’dan il-ktieb il-vokabularju jiġi mgħallem permezz ta’
eżerċizzji u attivitajiet varji u sezzjonijiet apposta li jagħmlu reviżjoni, filwaqt li jsaħħu l-ħiliet tat-taħdit, tal-qari,
tal-kitba u tas-smigħ.
Livell A2 (Elementary–Pre-Intermediate)Maltese Grammar Essentials in Context 2![]()
Maltese Grammar Essentials in Context 2 huwa ktieb tal-grammatika miktub bil-Malti u bl-Ingliż. Permezz
tiegħu wieħed jitgħallem il-grammatika Maltija b’mod sempliċi permezz ta’ siltiet tal-qari u sitwazzjonijiet li
wieħed jiltaqa’ magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. L-eżerċizzji u l-attivitajiet li fih huma ddisinjati biex wieħed
jitgħallem il-lingwa f’kuntest, filwaqt li jgħin fit-tagħlim tal-vokabularju, fil-fehim mis-smigħ kif ukoll fil-ħiliet
komunikattivi.
Livell A2 (Elementary–Pre-Intermediate)Speaking Maltese 2![]()
Speaking Maltese 2 jinkludi 18-il djalogu realistiku, bit-traduzzjonijiet tagħhom għall-Ingliż, biex jgħinek titgħallem il-Malti,
issaħħaħ il-ħiliet tiegħek fil-qari u s-smigħ u fl-istess ħin taħdem fuq il-ħiliet fit-taħdit mingħajr ma toqgħod tfittex fid-dizzjunarju l-ħin
kollu. Wara kull djalogu ssib kaxxa bl-espressjonijiet importanti u bit-traduzzjoni tagħhom. Dawn l-espressjonijiet importanti ħafna li tkun
tafhom għax jintużaw il-ħin kollu fil-konverżazzjonijiet ta’ kuljum. Dan il-ktieb huwa tajjeb biex jintuża b’mod individwali, fi gruppi, jew
fl-iskola. B’dan il-ktieb inti tista’:
Livell B1 (Intermediate)Speaking Maltese 3![]()
Speaking Maltese 3 fih 14-il djalogu realistiku, bit-traduzzjonijiet tagħhom għall-Ingliż, biex
jgħinek titgħallem il-Malti, issaħħaħ il-ħiliet tiegħek fil-qari u s-smigħ u fl-istess ħin taħdem fuq
il-ħiliet fit-taħdit mingħajr ma toqgħod tfittex fid-dizzjunarju l-ħin kollu. Wara kull djalogu ssib
kaxxa bl-espressjonijiet importanti u bit-traduzzjoni tagħhom. Dawn l-espressjonijiet importanti ħafna li
tkun tafhom għax jintużaw il-ħin kollu fil-konverżazzjonijiet ta’ kuljum. B’dan il-ktieb inti tista’:
Livell B1 (Intermediate)Further Words & Expressions in Maltese![]()
Further Words & Expressions in Maltese huwa ktieb tal-vokabolarju u espressjonijiet miktub bil-Malti u bl-Ingliż,
li permezz tiegħu l-barranin jistgħu jitgħallmu l-vokabularju ta’ livell intermedju. F’dan il-ktieb il-vokabularju u l-espresjsonijiet
jiġu mgħallma permezz ta’ eżerċizzji u attivitajiet varji u sezzjonijiet apposta li jagħmlu reviżjoni, filwaqt li jsaħħu l-ħiliet
tat-taħdit, tal-qari, tal-kitba u tas-smigħ.
Livell B1 (Intermediate)Maltese Grammar Essentials in Context 3![]()
Maltese Grammar Essentials in Context 3 huwa ktieb tal-grammatika miktub bil-Malti u bl-Ingliż. Permezz tiegħu wieħed jitgħallem
fid-dettall il-grammatika Maltija b’mod sempliċi permezz ta’ siltiet tal-qari u sitwazzjonijiet li wieħed jiltaqa’ magħhom fil-ħajja
ta’ kuljum. L-eżerċizzji u l-attivitajiet li fih huma ddisinjati biex wieħed jitgħallem il-lingwa f’kuntest, filwaqt li jgħin fit-tagħlim
tal-vokabularju, fil-fehim mis-smigħ kif ukoll fil-ħiliet komunikattivi. Dan huwa perfett għal kors intermedju u huwa tajjeb biex jintuża
b’mod individwali, fi gruppi, jew l-iskola. B’dan il-ktieb inti tista’:
Livell B1 (Intermediate)Reality![]()
Dan il-ktieb, li jinkludi għaxar stejjer qosra bit-traduzzjonijiet tagħhom għall-Ingliż, jgħinek titgħallem il-Malti, issaħħaħ il-ħiliet fil-qari
u t-taħdit u tqatta’ ftit ħin taqra u tieħu pjaċir mingħajr ma jkollok għalfejn toqgħod tfittex fid-dizzjunarju l-ħin kollu. Il-ktieb iġibek ukoll
konxju mill-problemi li jaffaċċjaw ħafna żgħażagħ illum, bħal alkoħol, drogi, sterojds, ossessjonijiet bil-piż, tqala barra ż-żwieġ, użura u dejn,
mard meħud sesswalment, problemi familjari, ibbulljar u qtigħ il-qalb. Fih ukoll lista tal-aġenziji tas-sapport Maltin li jgħinu lill-individwi
jegħlbu dawn il-problemi. B’dan il-ktieb inti tista’:
Livell B1 (Intermediate)Rocco learns Karate![]()
Dan il-ktieb, li jinkludi disa’ kapitli bit-traduzzjonijiet tagħhom għall-Ingliż, jgħinek titgħallem il-Malti, issaħħaħ il-ħiliet fil-qari u t-taħdit
u tqatta’ ftit ħin taqra u tieħu pjaċir mingħajr ma jkollok għalfejn toqgħod tfittex fid-dizzjunarju l-ħin kollu. Għan ieħor tal-ktieb huwa li
jintroduċik mad-dinja tal-arti marzjali. Inti tirrealizza li studenti tal-arti marzjali jridu jittrejnjaw regolarment, jieklu sew, ikunu
mentalment preparati, u jkollhom motivazzjoni interna kif ukoll ikollhom min imexxihom tajjeb. Fi kliem ieħor, eżattament dak kollu li għandna
bżonn kollha kemm aħna biex naffaċċjaw l-isfidi tal-ħajja ta’ kuljum. B’dan il-ktieb inti tista’:
Livell B1 (Intermediate)Maltese for Specific PurposesMedical Words & Phrases in Maltese![]()
Medical Words & Phrases in Maltese huwa ktieb tal-vokabolarju miktub bil-Malti u bl-Ingliż,
li permezz tiegħu l-barranin jistgħu jitgħallmu l-vokabularju mediku Malti b’mod sempliċi.
Dan il-ktieb huwa ideali għall-istudenti u l-professjonisti li jridu jużaw il-Malti fuq ix-xogħol
jew waqt l-istudji biex jikkomunikaw mal-pazjenti u l-kollegi. Hu utli wkoll għall-barranin l-oħra
li jgħixu f’Malta. B’dan il-ktieb:
Livell B1 (Intermediate)Maltese for Specific PurposesSpeaking Medical Maltese 1![]()
Speaking Medical Maltese jinkludi 24 djalogu realistiku, bit-traduzzjonijiet tagħhom għall-Ingliż,
biex jgħinek titgħallem il-Malti mediku u xjentifiku. Wara kull djalogu ssib kaxxa bl-espressjonijiet importanti
u bit-traduzzjoni tagħhom. Dawn l-espressjonijiet importanti ħafna li tkun tafhom għax jintużaw il-ħin kollu
fil-konverżazzjonijiet ta’ kuljum. B’dan il-ktieb inti tista’:
(Intermediate)Speaking Medical Maltese from ZeroSpeaking Medical Maltese from Zero![]()
Speaking Medical Maltese from Zero jinkludi 42 djalogu realistiku, bit-traduzzjonijiet tagħhom għall-Ingliż,
biex jgħinek titgħallem il-Malti mediku u xjentifiku. Wara xi djalogi ssib kaxxa bl-espressjonijiet importanti u bit-
traduzzjoni tagħhom. B’dan il-ktieb inti tista’:
(Intermediate)Maltese Grammar Essentials in Context for Healthcare ProfessionalsMaltese Grammar Essentials in Context for Healthcare Professionals![]()
Maltese Grammar Essentials in Context for Healthcare Professionals Professionals huwa ktieb tal-grammatika miktub
bil-Malti u bl-Ingliż. Permezz tiegħu wieħed jitgħallem il-grammatika Maltija b’mod sempliċi permezz ta’ sitwazzjonijiet li
wieħed jiltaqa’ magħhom l-isptar. L-eżerċizzji u l-attivitajiet li fih huma ddisinjati biex wieħed jitgħallem il-lingwa f’kuntest,
filwaqt li jgħin fit-tagħlim tal-vokabularju, fil-fehim mis-smigħ kif ukoll fil-ħiliet komunikattivi. B’dan il-ktieb inti tista’:
Livell B1 (Intermediate)Maltese for Specific PurposesSpeaking Medical Maltese 2![]()
Speaking Medical Maltese 2 jinkludi12djalogurealistiku, bit-traduzzjonijiettagħhom għall-Ingliż,
biex jgħinek titgħallem il-Malti mediku u xjentifiku. Wara kull djalogu ssib kaxxa bl-espressjonijiet importanti
u bit-traduzzjoni tagħhom. Dawn l-espressjonijiet importanti ħafna li tkuntafhom għax jintużaw il-ħin kollu
fil-konverżazzjonijiet ta’ kuljum. B’dan il-ktieb inti tista’:
Isma’ kelliema nattivi jaqraw is-serje (Aġġornat fl-2017)![]()
Tista’ tixtri l-files (mp3) relatati ma’ din is-serje ta’ kotba biex tisma’ kelliema nattivi jaqraw it-testi jew inkella
jipprattikaw id-djalogi. Dan is-CD tista’ tħaddmu fuq kompjuter.
Ara l-fuljett inkluż mas-CD
![]() ![]() Rapid Maltese hija serje ta’ għaxar podcasts biex jgħallmu l-Malti bħala lingwa barranija. Kull podcast fih djalogu bejn persuna li qed titgħallem il-lingwa u kelliem nattiv tal-lingwa u fl-isfond ikun hemm mużika ritmika. L-ewwel volum jgħallmek l-affarijiet essenzjali għal sitwazzjonijiet komuni: taqbad taksi, fil-lukanda, fir-restorant, tistaqsi direzzjoni, in-numri u oħrajn. Ixtri l-ewwel sett![]() Ixtri t-tieni sett![]() Provérbios Europeus/European Proverbs/Proverbji EwropejProvérbios Europeus/European Proverbs/Proverbji Ewrope![]()
Dan il-ktieb trilingwali (Portugiż, Ingliż u Malti) għandu erba' taqsimiet. L-ewwel taqsima fiha l-listi tal-proverbji f’ordni alfabetika f'kull
waħda mit-tliet lingwi. Fit-tieni taqsima, il-proverbji ekwivalenti fit-tliet lingwi huma miġbura flimkien; fit-tielet taqsima, għal kull qawl, tingħata
tifsira waħda fit-tliet lingwi. Fl-aħħar taqsima, jingħataw bosta eżerċizzji biex il-qarrej jipprattika l-ħiliet lingwistiċi u parmeoloġiċi tiegħu.
Ixtri s-sett kollu![]() Sillabi
|
![]() |
![]() ![]() | |
![]() |