MT     EN
Charles Daniel Saliba Photo
Dr Charles Daniel Saliba
B.Ed. (Bl-unuri) Malti, Dip. Għarbi (Distinction), BA Għarbi (Summa Cum Laude), MA fil-Lingwa u l-Lingwistika Għarbija, MA fl-Istudju tal-Istorja tal-Mediterran, PhD (Sheffield University) UK fejn speċjalizza fit-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija (MLB).

Charles Daniel Saliba huwa akkademiku full-time li jservi fil-grad ta' Lettur Anzjan II fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija, fil-Kampus t'Għawdex. Hu jgħallem fil-korsijiet tal-lingwa Maltija kif ukoll fuq il-pedagoġija tal-Malti relatata mas-settur tal-primarja u tas- sekondarja. Huwa wkoll superviżur tat-teżijiet relatati mal-lingwa Maltija fil-korsijiet tal-BA u l-MA (kors ta' riċerka).

Saliba għallem il-lingwa Maltija, il-lingwistika, il-letteratura, u l-MLB fi skejjel sekondarji, fi skejjel postsekondarji, u f’istituzzjonijiet terzjarji għal aktar minn 23 sena. Għallem l-MLB u l-Malti mediku f’Barts and the London School of Medicine and Dentistry (QMUL), fil-Kampus t'Għawdex. Barra minn hekk, permezz tal-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA), Saliba fassal u ffaċilita l-akkreditazzjoni ta' tliet korsijiet—Award in MFL Malta Qualification Framework (MQF) 1 (5 ECTS), Award in Medical Maltese MQF 1 (5 ECTS), u Award in Medical Maltese MQF 2 (5 ECTS)—għall-QMUL. Fl-2019, permezz tal-Accreditation Unit tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Saliba fassal u ffaċilita l-akkreditazzjoni ta' żewġ korsijiet— Academic Award in MFL, MQF Levels 1 and 2 (6 ECTS)—biex jintroduċi l-MLB fis-Sixth Form Sir M. A. Refalo għall-ewwel darba.

F'Ġunju 2018, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol ta' dak iż-żmien, l-Onor. Evarist Bartolo, ħatar lil Saliba membru fil-Grupp ta' Ħidma għat-Tagħlim tal-MLB, u fl-2020, l-Onor. Owen Bonnici, dak iż-żmien il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, reġa' ħatru mill-ġdid. Saliba huwa wkoll evalwatur estern indipendenti mal-MFHEA, fejn jevalwa l-kwalifiki nazzjonali li qed jiġu akkreditati skont l-MQF. Huwa wkoll reviewer għal żewġ ġurnali lingwistiċi internazzjonali u practicum visitor mal-Istitut għall-Edukazzjoni.

Saliba hu awtur/koawtur ta’ aktar minn 65 ktieb, fosthom is-sensiela Maltese for Foreigners (tliet sillabi u 22 ktieb b'audio files), li l-ewwel livell tagħhom ġie ppubblikat f'format ta' e-book. Kopja stampata ta' dan il-livell ġiet tradotta wkoll f'verżjoni Taljana bit-titlu Maltese per Stranieri u verżjoni Ġermaniża bl-isem Maltesisch für Ausländer. Huwa ppubblika wkoll serje oħra ta' kotba, Maltese as a Foreign Language for Juniors, immirata speċifikament għat-tfal ta' bejn is-6 u t-12-il sena.

Fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tal-2007, Saliba rebaħ premju għall-ktieb tiegħu, Realtà, fil-kategorija Proża għall-Adolexxenti. Għall-isforzi kontinwi tiegħu biex jippromwovi l-lingwa u l-kultura Maltija, fl-2024, huwa rċieva l-Għarb Gozitan Cultural Award mill-Kunsill Lokali tal-Għarb.

Saliba huwa membru tal-Akkademja tal-Malti u tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Parmeoloġija. Fl-aħħar nett, huwa ppreżenta r-riċerka tiegħu f'diversi konferenzi internazzjonali fejn kien kelliem ewlieni f'diversi okkażjonijiet.

Saliba huwa miżżewweġ lil Dr Vanessa Saliba (PhD), lettur anzjana li tispeċjalizza fl-inklużjoni. Flimkien għandhom tlett itfal.



L-oqsma li jirriċerka
  • It-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija
  • Il-meditoloġija fit-tagħlim
  • Aspetti varji tal-lingwa Maltija speċjalment l-istorja
  • Il-qwiel
  • L-istorja tal-Mediterran
  • Lingwistika komparattiva (Malti u Għarbi)


Pubblikazzjonijiet
  1. Aċċess, Merlin Library, (2006, 2007, 2010, 2014, 2016, 2019, 2025), miktub ma’ A. Muscat;
  2. Qawsallinu, Gozo Press, (2006, 2006, 2007, 2008, 2011, 2011), miktub ma’ A. Muscat;
  3. Malti aħjar bi sforzi żgħar! , BDL Publishing, (2006, 2007, 2010, 2012,2014, 2023), miktub ma’ A. Muscat;
  4. Realtà, Wise Owl Publications, (2006);
  5. Rocco jitgħallem il-karatè, Wise Owl Publications, (2006);
  6. Ktejjeb b’taqsira b’differenza u b’eżerċizzji varji fuq Meta jaqa’ ċ-Ċpar ta’ Trevor Żahra (Pubblikazzjoni Merlin), Gozo Press, (2007, 2009, 2016), miktub ma’ A. Muscat;
  7. Ktejjeb b’taqsira b’differenza u b’eżerċizzji varji fuq Ħolm tal-Milied? ta’ Trevor Żahra (Pubblikazzjoni Merlin), Gozo Press, (2007, 2009, 2016), miktub ma’ A. Muscat;
  8. Ktejjeb b’taqsira b’differenza u b’eżerċizzji varji fuq L-Isqaq ta’ Ġuże Chetcuti (Pubblikazzjoni Merlin), Gozo Press, (2007, 2009), miktub ma’ A. Muscat;
  9. Eċċellenti, BDL Publishing, (2009), miktub ma’ A. Muscat;
  10. Malti Għalina t-tfal 1, BDL Publishing, (2009, 2012, 2015, 2021), miktub ma’ A. Muscat;
  11. Malti Għalina t-tfal 2, BDL Publishing, (2009, 2011, 2014, 2015, 2020), miktub ma’ A. Muscat;
  12. Malti Għalina t-tfal 3, BDL Publishing, (2009, 2012, 2015,2018), miktub ma’ A. Muscat;
  13. Malti Għalina t-tfal 4, BDL Publishing, (2010, 2011, 2015, 2017), miktub ma’ A. Muscat;
  14. Malti Għalina t-tfal 5, BDL Publishing, (2010, 2013, 2014, 2016), miktub ma’ A. Muscat;
  15. Malti Għalina t-tfal 6, BDL Publishing, (2010, 2013, 2015, 2017, 2020), miktub ma’ A. Muscat;
  16. Idjomi Maltin għal studenti għaqlin, BDL Publishing, (2010, 2010, 2013, 2019, 2022);
  17. Qwiel Maltin għal studenti ħabrikin, BDL Publishing, (2010, 2010, 2013, 2020);
  18. 75 Lehma 75 Fehma, BDL Publishing, (2010, 2013, 2015, 2016, 2024);
  19. Malti għall-Eżamijiet b’Pariri u Tweġibiet!, Gutenberg Press, (2010);
  20. Malti aħjar bi sforzi żgħar!... Ktieb tat-Taħriġ, BDL Publishing (2012, 2013; 2018, 2023);
  21. Suċċessinu 1, BDL Publishing, (2012, 2012, 2013, 2015, 2017, 2021);
  22. Suċċessinu 2, BDL Publishing, (2012, 2012, 2013, 2016, 2018);
  23. Idjomi għalina t-tfal, BDL Publishing, (2012);
  24. Qwiel għalina t-tfal, BDL Publishing, (2012);
  25. Gwida għall-Malti Komunikattiv, Gutenberg Press, (2016);
  26. Il-Malti Avvanzat 1, BDL Publishing, (2019, 2020) miktub ma’ A. Muscat;
  27. Il-Malti Avvanzat 2, BDL Publishing, (2019, 2021) miktub ma’ A. Muscat;
  28. Il-Malti Avvanzat 3, BDL Publishing, (2020, 2021) miktub ma’ A. Muscat;
  29. Il-Malti Intermedju 1, BDL Publishing, (2019, 2021) miktub ma’ A. Muscat;
  30. Hemm Art fil-Folja – Noti, BDL Publishing, (2020, 2023), miktub ma’ A. Muscat;
  31. Hemm Art fil-Folja – Taħriġ, BDL Publishing, (2020, 2023), miktub ma’ A. Muscat;
  32. Hemm Art fil-Folja – Tweġibiet, BDL Publishing, (2020), miktub ma’ A. Muscat;


  33. Il-Malti għall-Barranin
  34. Maltese for Foreigners Syllabus, Level A1, Beginner to Elementary, Online Publishing, (2013, 2017);
  35. Maltese for Foreigners Syllabus, Level A2, Elementary to Pre-Intermediate, Online Publishing, (2013, 2017);
  36. Maltese for Foreigners Syllabus, Level B1, Intermediate, Online Publishing, (2013, 2017);
  37. My First 750 Words in Maltese, Gutenberg Press, (2013, 2016, 2019, 2022);
  38. Maltese Grammar Essentials in Context 1, Gutenberg Press, (2013, 2017, 2020, 2022, 2024);
  39. Speaking Maltese 1, Gutenberg Press, (2013, 2016, 2019, 2022);
  40. Speaking Maltese 2, Gutenberg Press, (2013, 2024);
  41. Reality, Gutenberg Press, (2013);
  42. Rocco learns karate, Gutenberg Press, (2013);
  43. Maltese for Foreigners Series: Audio Files (Updated 2017, 2021); Agħfas hawn
  44. More Words in Maltese, BDL Publishing, (2015, 2021);
  45. Further Words & Expressions in Maltese, BDL Publishing, (2015);
  46. Medical Words & Phrases in Maltese, Gutenberg Press, (2015);
  47. Speaking Medical Maltese 1, Gutenberg Press, (2015);
  48. Maltese Grammar Essentials in Context 2, Gutenberg Press, (2016, 2021).
  49. Speaking Maltese 3, Gutenberg Press, (2016);
  50. Speaking Medical Maltese 2, Gutenberg Press, (2016);
  51. Maltese Grammar Essentials in Context 3, Gutenberg Press, (2017);
  52. Le mie prime 750 parole in maltese, Print IT, (2018);
  53. Grammatica maltese essenziale e contestuale 1, Print IT, (2018);
  54. Parlo maltese 1, Print IT, (2018),
  55. Maltese per Stranieri: Programma del Corso, Livello A1, Principianti–Elementare, Online Publishing, (2018);
  56. Rapid Maltese 1, Earworms MBT, (2019) Agħfas hawn
  57. My First 750 Words in Maltese, BDL Publishing, (2021), eBooks;
  58. Maltese Grammar Essentials in Context 1, BDL Publishing, (2021), eBooks;
  59. Speaking Maltese 1, BDL Publishing, (2021), eBooks;
  60. Meine ersten 750 Wörter auf Maltesisch, Print IT, (2021);
  61. Grundlagen der maltesischen Grammatik im Kontext 1, Print IT, (2021);
  62. Maltesisch sprechen 1, Print IT, (2021);
  63. Speaking Medical Maltese from Zero, Gutenberg Press, (2022);
  64. Maltese Grammar Essentials in Context for Healthcare Professionals, Gutenberg Press, (2022);
  65. Learning Maltese 1 / Nitgħallem il-Malti 1, BDL Publishing, (2024);
  66. Learning Maltese 2 / Nitgħallem il-Malti 2, BDL Publishing, (2024);
  67. Learning Maltese 3 / Nitgħallem il-Malti 3, BDL Publishing, (2025);
  68. Learning Maltese 4 / Nitgħallem il-Malti 4, BDL Publishing, (2025).


Kelliem f’dawn il-konferenzi
  1. Colloquium on Proverbs (ICP11) in Tavira, Portugal (2011).
  2. A Wonderful Future Beckons for Young Gozitan Historians, University of Malta (2012).
  3. Second Scientific Conference of Aviation Medicine (2013).
  4. Colloquium on Proverbs (ICP16) in Tavira, Portugal (2016).
  5. Polyglot Conference, Valletta 2024.
  6. Linguist Talks, École Normale Supérieure de Tunis, Tunis University, Tunisia (2025).


Riċerka ppubblikata
  1. Hijacking in the Mediterranean: The 5 cases of Malta, BDL Publishing, (2010);
  2. Ħtif ta’ Ajruplani fil-Mediterran. Il-Ħames każi ta’ Malta, BDL Publishing, (2010);
  3. C. D. Saliba, ‘Maltese Proverbs: a reflection of Mediterranean history and culture?’, Proceedings of the Interdisciplinary Colloquium on Proverbs (2012), 71-91.
  4. C. D. Saliba, ‘Skyjacking–its character, effects and decline’, Melita Historica, XVI, 2 (2013),155-166.
  5. C. D. Saliba, ‘Maltese Proverbs on Women’, Proceedings of the Interdisciplinary Colloquium on Proverbs (2017), 182-232.
  6. C. D. Saliba, ‘Teaching Maltese as a second language to adults’, in D. Hyatt, P. Clough and C. Nutbrown (eds.) Informing Educational Change: Research Voices from Malta (2017), University of Sheffield, pp. 44-59, Click here.
  7. C. D. Saliba, ‘The Teaching of Maltese as a Foreign Language in Malta and Gozo’, in L. Briguglio, J. Calleja, M. N. Cauchi, and C. Camilleri Rolls (eds.) The Gozo Observer (2018), University of Malta, pp. 23-24. Click here.
  8. Provérbios Europeus/European Proverbs/Proverbji Ewropej, International Association of Paremiology, (2022), co-authored with R. Soares.
  9. C. D. Saliba, ‘Il-Malti, l-Għawdxi u x-Xewki’, in Gourgion (2023), Xewkija Parish, 65, pp. 52-55. Click here.



Most Recent Publication
Recent Publication
facebook link             LinkedIN link
site footer